05:05
lawgen123

Mudell u moda.
Il-Familja Mqaddsa. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, kemm nixtieq li għext imqar jum wieħed fid-dar tiegħek, u t’ommok, u ta’ missierek! Mill-ftit li wassaltilna jispikkaw il-virtujiet tal-ħajja tal-familja tagħkom virtujiet umani miksuba bi tbatija virtujiet frott ta’ fidi kbira. Veru kontu liebsa l-imħabba, il-qofol ta’ kull relazzjoni ġenwina. Ma naqsux, Mulej, it-tensjonijiet l-inkomprensjonijiet il-mumenti diffiċli. Imma ssuperajtuhom kollha għax il-ħarsa tagħkom kienet fuq il-Missier li jagħti l-Ispirtu tiegħu lil uliedu kollha. U b’hekk għelibtu l-egoizmu il-firda il-protagoniżmu żejjed. Ommok u missierek, Mulej, fittxew dejjem il-pjan tal-Missier, għexu kull problema qrib xulxin, irrispettaw bis-sħiħ l-interessi tat-tnejn. Lilek sabulek post fejn tgħammar rabbewk ipproteġewk fittxewk. Lilek semgħuk iddiskutew miegħek ħasbu fuq dak li għedtilhom. U int għaraft toqgħod taħthom taċċettahom tirrispettahom. Kemm nixtieq, Mulej, li l-familji tagħna ikunu ritratt ħaj tal-familja tiegħek! Il-mudell tagħhom m’għadux wisq moda. Imma kollox jindika li reġa’ hawn bżonnu. Bierek, Mulej, il-familji li jimitawhom, kattarhom fin-numru, kabbarhom fl-ispirtu u fil-qdusija.

2K